The Travellers — Jum Ġdid | Valletta Rooftop Sessions

preview_player
Показать описание
Jum Ġdid | Valletta Rooftop Sessions minn The Travellers

Membri tal-Band:
Clayton Bonello
Michael Camilleri
Chris Gatt
Sylvano Mizzi
Andrew Vella
Joseph Xerri

Awdjo: Besteam Audio
Mixing u Mastering: Bernard Camilleri

Produzzjoni tal-vidjow u Direttur: Matthew Muscat Drago
Direttur tal-Istampa: Matthew Muscat Drago
Operaturi tal-Kameras: Matthew Muscat Drago, Kevin Kiomall, Mark Dingli
Grip: John Preca Trapani
Stilista tax-xagħar: Hair & Co Studios
Irtokk: Adriana Scicluna

Lirika:

Dan pjan metikoluż
għax jgħidu li bla flus
la tgħannaq u lanqas tbus.

Dal-pjan dettaljat,
minn wara l-persjana
ngħidu fuq kulħadd.

X’libset Ġuża nhar is-Sibt
ħamallaġni u qatta’ ħmieġ
u tpenġija kullimkien.

Par imsielet kbar daqsiex
fihom daqs par rimmijiet
u biex tgħaxxaq kollha ħġieġ.

Hekk kif l-iżveljarin idoqq it-tokki jum ġdid,
mas-sebħ ta’ dan il-jum, missjoni waħda llum.
Li nkun naf x’inhu għaddej, għand il-ġar min hu ġej,
ta’ faċċata ma qamux, fis-sodda jinħabbu.

Ġorġa sabet ħin biex hija tnaddaf il-ħġieġ,
aħjar ħaslet ftit lir-raġel għax mimli ħmieġ.
Lil Rożi żgur ma nsejthiex, għax malli jdoqq nofsillejl
taraha ħierġa b’xugaman, biex tixxemmex fuq il-bejt. Fuq il-bejt...

Ara kif spiċċa Ġanni llum!
Martu tiġri u ddur,
u huwa d-dar bħal kurnut.

Ikolli ngħid li jeqred wisq,
smajt li għandu balla inkwiet
fuq ix-xogħol ta’ taħt il-friex.

Min jaf għandix insaqih ftit,
forsi ntih xi daqqa t’id.
Ngħin kif nista’ lill-marid.

Imnalla f’din it-triq hawn jien.
Inżomm il-paċi bi ftit kliem
b’hekk kulħadd igawdi s-sliem.
Рекомендации по теме