The Travellers — Jum Ġdid

preview_player
Показать описание
Jum Ġdid minn The Travellers

Membri tal-Band:
Clayton Bonello
Michael Camilleri
Chris Gatt
Sylvano Mizzi
Andrew Vella
Joseph Xerri

Rikording u Produzzjoni: Jagged House Studios

Direttur: Steven Levi Vella
Produzzjoni: Daniel Galea
Direttur tal-Istampa: Clive Brincat
Fotografija: Albert Camilleri
L-Ewwel Assistent tal-Kamera: Richard Starkey
Grip: Randal Degabriele
Irtokk: Deandra Bugeja

Grazzi speċjali lil:
Ivan Cutajar

Lirika:

Dan pjan metikoluż
għax jgħidu li bla flus
la tgħannaq u lanqas tbus.

Dal-pjan dettaljat,
minn wara l-persjana
ngħidu fuq kulħadd.

X’libset Ġuża nhar is-Sibt
ħamallaġni u qatta’ ħmieġ
u tpenġija kullimkien.

Par imsielet kbar daqsiex
fihom daqs par rimmijiet
u biex tgħaxxaq kollha ħġieġ.

Hekk kif l-iżveljarin idoqq it-tokki jum ġdid,
mas-sebħ ta’ dan il-jum, missjoni waħda llum.
Li nkun naf x’inhu għaddej, għand il-ġar min hu ġej,
ta’ faċċata ma qamux, fis-sodda jinħabbu.

Ġorġa sabet ħin biex hija tnaddaf il-ħġieġ,
aħjar ħaslet ftit lir-raġel għax mimli ħmieġ.
Lil Rożi żgur ma nsejthiex, għax malli jdoqq nofsillejl
taraha ħierġa b’xugaman, biex tixxemmex fuq il-bejt. Fuq il-bejt...

Ara kif spiċċa Ġanni llum!
Martu tiġri u ddur,
u huwa d-dar bħal kurnut.

Ikolli ngħid li jeqred wisq,
smajt li għandu balla inkwiet
fuq ix-xogħol ta’ taħt il-friex.

Min jaf għandix insaqih ftit,
forsi ntih xi daqqa t’id.
Ngħin kif nista’ lill-marid.

Imnalla f’din it-triq hawn jien.
Inżomm il-paċi bi ftit kliem
b’hekk kulħadd igawdi s-sliem.
Рекомендации по теме
Комментарии
Автор

Melodija bil-bajd u lirika wisq iktar! Ikolli ngħid iddiskrevejtu sew ftit mill-kultura Maltija 😁 Dawk l-imsielet u ċ-chewing gum 🔝il-full.

MrCvassallo
Автор

Tajba Andrew.Jixraqlek in-nuccali ahmar.HaHa.Prosit guys.

mauricecachia
Автор

Proset hey, hekk tajjeb b'xi ħaġa differenti,
Imma dejjem b'talent professjonali u divertenti.
Il lingwa maltija hija sabiħa, u kif ippreżentajtuha veru sodisfaċenti,
BRAVI, grazzi għal video, għal mużika, u tal kliem ħelu u innoċenti.👍👍

benfran
Автор

Missieri li jħobb iħobb din il-kanzunetta! Grazzi ❤🎉

jesssammut
Автор

X'libset Guza nhar is-Sibt, x'libes Andrew hemm xi gmiel. Kuncett perfett ghal din id-diska proset!! 😆

alecattard
Автор

Prosit guys! Vidjow u diska mill-aqwa li żgur (mhux forsi) tifqalek tbissima fuq wiċċek. Keep it up u iġri ikun hemm xi gig 🙂

JasmineFarrugia
Автор

Top il-full 😜🤣❤️ wisq sbieħ u mużika u lirika ta' vera !!

MsDudina
Автор

Ma stajtx nieqaf nitbissem!! Bravi wisq

marspiper
Автор

lol... f'nofs il lejl tohrog tixxemmex ha

bugini