The Travellers — Ersaq fil-Qrib

preview_player
Показать описание
Ersaq fil-Qrib by The Travellers

Video produced by Maka Visuals
Track produced by Howard Keith Debono at Jagged House Studios

Band members:
Vocals — Chris Gatt
Guitar & Song Writer — Andrew Vella
Drums — Michael Camilleri
Bass — Clayton Bonello
Trumpet — Joseph Xerri
Saxophone — Sylvano Mizzi

Special thanks:
Quaint Boutique Hotels
Kinnie

Lyrics:

Ersaq fil-qrib biex nistaqsik
Jekk kontx taħseb fija meta naħseb fik
Tmurx ’il bogħod, għidli fil-pront
Dil-mistoqsija hi biss għalik.

Meta nibda naħseb f’dan iż-żmien
Li għaddej jiġri aktar mir-riħ,
Nibda naħseb f’xi tip ta’ melodija
Biex inwassallek mistoqsija.

Kif qed tħossok? Ieqaf ftit
Qed noffrilek ħajja mingħajr irbit,
Mingħajr restrizzjoni m’hemmx konfużjoni
Għal ħajja mingħajr umiljazzjoni.

Meta nkunu jien u int
L-aqwa li nkunu t-tnejn flimkien,
Tistax id-dinja ssir nirien
U kollox jaqa’ jsir irmied.

Flimkien niktbu stejjer kbar
Li jixagħlu daqs dak l-akbar nar,
Li qabad meta konna għadna żgħar
U wassalna hawn ġo din id-dar.
Il-ħarifa fetħet, il-bibien
Xufftejna xxarrbu bl-ilma frisk,
B’ħarstek fissirtli xi trid tgħid
Memorji l’għamilna matul is-sajf.

Fuq ħoġorti, bi tbissima
Ħassejna l-kesħa ta’ żiffa fina,
Fuq tal-linja biex immorru l-bajja
Fejn ħadna birra u gawdejna l-ħajja.
Рекомендации по теме