filmov
tv
AKKUŻAT LI STUPRA LIT-TIFLA TAL-EKS SIEĦBA

Показать описание
ONE.COM.MT • Ngħaddu issa għal ġabra t’aħbarjiet mill-awli tal-Qorti fejn, fost l-oħrajn, raġel baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat bi stupra lit-tifla tal-eks sieħba tiegħu.
KITBA: FRANCESCO BORG / JAVIER CARUANA
FILMAT: ARKIVJI
Raġel ta’ disgħa u tletin sena mis-Swieqi baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli li stupra fuq it-tifla tal-eks sieħba tiegħu.
Quddiem il-Maġistrat Victor Axiak, ir-raġel ġie akkużat ukoll li pparteċipa f’attività sesswali ma’ minorenni, li żammha kontra r-rieda tagħha u li kkorrompa minorenni.
It-tfalja, li illum għanda ħmistax-il sena, kienet irrapportat lil l-eks sieħeb ta’ ommha fejn allegat li kien ilu jabbużża sa mill-elfejn u sittax, bl-allegat abbuż jasal saħansitra sa stupru.
Fil-Qorti intqal li mill-inkjesta inħareġ li l-parti sesswali tat-tfajla ma kienx intatt. Hawn intqal ukoll lit-tfajla kienet tat rendikot dettaljat tal-allegat abbuż.
Ir-raġel wieġeb mhux ħati għal akkużi miġjuba kontrih u talab għal ħelsien mill-arrest.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha, il-Qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest minħabba li hemm riskju kbir ta’ intraċċ ta’ provi.
TURIST IMMULTAT €1,000 WARA LI HEDDED PULIZIJA
Sean James McCarthy ta’ 21 sena ġie ordnat iħallas multa ta’ €1,000 wara li ħoloq problemi f’bosta stabbilimenti f’Paceville, waqt li kien xurban fejn ukoll hedded uffiċjal tal-Pulizija.
L-Ingliż, li kien fuq btala f’pajjiżna, allegatament ġie akkużat b’theddid lill-Pulizija, użu ta’ lingwaġġ oxxeni fil-pubbliku, kiser il-paċi pubblika u naqas milli jikkollabora mal-forzi tal-ordni.
Waqt li kien qed jiġi arrestat, McCarthy allegatament qal li se jġib lil zijuh biex joqtol lil wieħed mill-uffiċjali tal-Pulizija.
L-Ingliż ammetta l-akkużi miġjuba kontrih fil-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Victor Axiak, li mmultah €1,000.