VAPUR IEĦOR SE JIBDA JIVVJAĠĠA BEJN MALTA U SQALLIJA

preview_player
Показать описание
ONE.COM.MT • Dawk kollha li jħobbu jmorru għal btala sa Sqallija, is-sajf li ġej ħa jkunu jistgħu jagħmlu użu minn vapur ġdid tal-kumpanija Ponte Ferries.

Vapur ta’ din il-kumpanija ħa jkun qed jivjaġġa minn Malta għal Augusta f’ħin qasir.

Dan il-port jinsab tletin minuta ‘l bogħod minn Katanja u ħa jagħti ċans lill-vjaġġaturi kollha biex jaraw postijiet fi Sqallija li forsi qatt ma kellhom iċ-ċans li jaraw qabel minħabba d-distanzi twal li jkunu jridu jivvjaġġaw.

KITBA: MILAINE BUHAGIAR
FILMAT: BJORN BONELLO

Is-sajf li ġej pajjiżna ħa jkollu servizz ġdid tal-ivjaġġar li wieħed ħa jkun jista’ juża sabiex imur lejn Sqallija.

Dan permezz ta’ vapur bl-isem ta’ HSC Artemis tal-kumpanija Ponte Ferries li wasal għall-ewwel darba f’pajjiżna u mis-sajf li ġej ħa jkun qed jivjaġġa minn Malta għall-port ta’ Augusta f’ħin qasir.

Il-port t’Augusta jinsab nofs siegħa ’l bogħod mill-belt ta’ Katanja u r-rappreżentant tal-kumpanija spjega r-raġuni għaliex intgħażel il-port t’Augusta fejn se jsorġi l-vapur.

NICKY VALENZIA
RAPPREŻENTANT TA’ PONTE FERRIES
“Kien hemm ħafna diskussjonijiet man-nies fl-Italja mar-reġun fl-Italja u prattikament ġie magħżul Augusta illi Augusta wkoll jaqdi għall-bżonnijiet tat-turisti jew tan-nies li jixtiequ jmorru iżjed ‘l fuq fi Sqallija iżda wkoll huwa tajjeb għall-merkanzija u l-affarjiet kollha relatati mal-ġarr tal-merkanzija prattikament”

F’Malta, dan il-vapur ħa jsirlu wkoll xi xogħol sabiex ikun mgħammar b’teknoloġija u affarijiet avvanzati biex in-nies li ħa jagħmlu użu minnu jkollhom l-aħjar esperjenza.
Nicky Valenzia kellimna ukoll fuq is-sistema tal-qtugħ tal-biljetti li ħa tkun waħda facli ħafna biex tintuża.

NICKY VALENZIA
RAPREŻENTANT TAL-KUMPANIJA
“Xtaqu li jkun ta’ ċerta kwalità, li jkun user-friendly, ħa jkun hemm miżuri għall-pets abbord, ħa jkun hemm ftit minn kollox inkluż din il-kwistjoni partikolari tat-ticketing stess li ħa jkun smart ticketing li jkun jista’ jħares in-neċessitajiet kollha kemm min iġorr l-merkanzija, kemm min jitla’ bil-karozzi għax-xogħol jew għall-btala u kemm in-nies li jitilgħu Sqallija għal ġurnata waħda. Ħa tkun sistema li tiffaċilitizza l-mod kif jinxtraw il-biljetti”

L-HSC Artemis ħa jkun qed jilqa’ seba mija u sbatax –il passiġġier kif ukoll mitejn u ħamsa u erbgħin karozza jew nkella ħmistax –il trailer tal-merkanzija u mija u tmenin karozza għal kull vjaġġ.
Рекомендации по теме
Комментарии
Автор

Bonanza express see you again 🥺 in Gran Canaria

rolandosonio
welcome to shbcf.ru