Mużika Mużika 2024 - Dawk l-Għajnejn - Semifinali

preview_player
Показать описание
Dawk l-Għajnejn
Artist: Miguel Bonello
Kompożituri: Gilbert 'Il-Bibi' Camilleri u Miguel Bonello
Awtur: Miguel Bonello
Direttur tal-Orkestra: Roderick Bugeja Calleja
Arranġatur: Roderick Bugeja Calleja

Lirika:

Għaliex rajt dit-tbatija?
Int ma kontx hemm għalija
Għalxejn u b’xejn, jien qatt ma ridtek tagħmel li ridt bija
U għalfejn daħħaqt bija?
Għax moħħok biex tħammarni bil-mistħija

Għaliex mimli bi ħdura?
Int imbuttajtni lura
Li għamilt inti fuqi, jaqaw ħsibtha xi bravura?
Fuq is-salib tal-għuda
Jekk trid, nista’ nsejjaħlek bħat-traditur Ġuda

Priġunieri fiċ-ċella, mingħajr
Iċ-ċwievet għal barra u m’iniex ser insib tarf għax ma tridniex
Ma tħalliniex
U ma nafx kif
Maħkum minn ġo dawn in-nirien
Imma issa ħallejthom magħluqin dawn il-bibien

Il-biża’ w l-bikja tal-umanità
Dil-ħolma kefrija li saret realtà
Hawn quddiemkom nesponi dil-verità
U ma nibżax nitkellem
Għall-vittmi innoċenti, mingħajr vuċi, bla sehem
Ħadtli ħajti bħallikieku kienet tagħna t-tnejn
Żġur u qatt, mhu se ninsihom
Dawk l-għajnejn

Għaliex mhux ngħix ġo palazz?
Int ġibtni qisni pupazz
Mingħajr dritt u mingħajr nifs,
qalbi marbuta b’dal-katnazz
ikkontrollajtni bi spag,
Qas terapija ma ssalvani minn taħt dan l-attakk

Priġunieri fiċ-ċella, mingħajr
Iċ-ċwievet għal barra u m’iniex
Ser insib tarf, ma tridniex ma tħalliniex u ma nafx kif
Maħkum minn ġo dawn in-nirien
Imma issa ħallejthom magħluqin dawn il-bibien

Il-biża’ w l-bikja tal-umanità
Dil-ħolma kefrija li saret realtà
Hawn quddiemkom nesponi dil-verità
U ma nibżax nitkellem

U b’dawk l-għajnejn, saħħartni
U b’dawk l-għajnejn, umiljajtni
Għaliex għandi nkun jien li ngħidlek il-kelma le?

Le, le ma nibżax nitkellem
Għall-vittmi innoċenti, mingħajr vuċi, bla sehem
“Ħadtli ħajti bħallikieku kienet tagħna t-tnejn
Żġur u qatt, mhu se ninsihom
Dawk l-għajnejn, dawk l-għajnejn

Festivals Malta 2024 Kull Dritt Riżervat
Рекомендации по теме
Комментарии
Автор

X’kanzunetta! Lirika qawwija. Inkredibli

diegosandman
Автор

Bravu wisq ❤ ghalija int ir-rebbieh tal-lejla!

wrawrost
Автор

My 2024 Mużika Mużika winner! Uniku immens fil-mod kif iwassal id-diska... Talent li juri biss futur mimli! Ibqa' sejjer Miguel. ❤

francescagauci
Автор

Prosit Miguel!! Amazing voice and performance ❤ you delivered your message perfectly!

veronicaclark
Автор

Dawk l-ghajnejn ghandha Lirika ta' Vera, Muzika tal Genn u Interpretazzjoni Eccellenti. Inti rnexxielek twassal wahda mill-lktar problemi tar-realta tal hajja fil berah. You have nailed it. Keep up the good work. Well Done. ⭐

raymondbonello
Автор

Hasra m ghadietx ghal Finali, diska sabiha b mesagg qawwi.

Juvemalta
visit shbcf.ru