SENTEJN ILU TWIELED MILL-ĠDID META WAQAF JIEĦU D-DROGA

preview_player
Показать описание
ONE.COM.MT • Bħal-lum sentejn ħadt ħajti lura. Il-ġurnata li fiha waqaft nieħu d-droga.
Il-kollega Stefan Bajad tkellem ma’ Ryan Barbara ta’ tletin sena, li f’età żagħżugħa qabad il-vizzju tad-droga – vizzju li ċaħħdu milli jara lil ibnu ta’ ftit xhur jikber.

Iżda llum il-ġurnata Ryan huwa persuna totalment differenti, fejn fittex l-għajnuna, għamel programm ta’ rijabilitazzjoni l-OASI u għeleb għal kollox il-vizzju tad-droga.

KITBA: STEFAN BAJADA
FILMAT: BJORN BONELLO

Pruvajt nieqaf nieħu d-droga, imma ma rnexxilix - bl-akbar weġa’ tiegħi tkun li ma stajtx inkun missier għal ibni ta’ ftit xhur. Dħalt fi sqaq mudlam u tal-biża li ma stajtx noħroġ minnu.

Kliem Ryan Barbara Tarxiniż ta’ tletin sena li fl-età żagħżugħa ta’ tmintax-il sena mess għall-ewwel darba mal-vizzju qerriedi tad-droga.

Mument li fi kliemu farrku mentalment u fiżikament.

RYAN BARBARA
REBAĦ IL-VIZZJU TAD-DROGA
“Kelli tmintax-il sena u ta’ tifel li kont għidt ħa nipprova u ma kontx naf liema triq dieħel u maż-żmien tibda iżżid inzertajt fi żmien iebes u d-droga sibta bħala l-ħarba tiegħi... L-aħħar sena u nofs pruvajt nieqaf, nieqaf u nieqaf u ma stajtx. Kelli t-tifel u ma nistax noqgħod miegħu u tweġġani ħafna li ma stajt inkun missier u tifel tiela’ mingħajr missier.”

F’dawn iż-żminijiet xejn sbieħ li saħansitra wassluh biex jaqa’ f’dipressjoni u jqatta’ ljieli fit-triq, il-bogħod mill-wens tal-familja fid-dar, f’moħħ Ryan dejjem kien iberren il-ħsieb li jtemm ħajtu.

“Meta kont fi żmien ikrah kont nara dlam biss nieħu qata’ nqum filgħodu u suwiċidju għaddejj minn moħħi ta’ kuljum iġifieri kienet iebsa iebsa ħafna biex toħroġ minna wisq – minn għaddejj minnha jaf x’jiġifieri anke familjari jafu x’jiġifieri u ieabsa għax mhux kemm tgħid taqbad u tieqaf.

Iżda darba fost l-oħrajn bħal donnu raġġ ta’ dawl feġġ minn ritratt ta’ ibnu.
Mument li lil Ryan ġabu konxju li għandu bżonn jinbidel u immedjatament imur u jfittex l-għajnuna.

“Kien hemm żminijiet li kważi qtajt qalbi minn kollox imbagħad inzerta mument li ritratt tat-tifel inspirani ħafna u għidt xi ħaġa rrid nagħmel għax it-tifel ma jixraqlux li jgħix bla missier.”

Grazzi għall-programm fl-OASI f’Għawdex, Ryan illum il-ġurnata huwa persuna kompletmanet differenti. Il-bogħod mill-vizzju tad-droga, persuna nadifa li jista’ jkun missier għal ibnu.

“Illum jien noħroġ ngħix ħajja normali, problemi għandi bħal kulħadd, la nuża, la nixrob s’issa għal grazzja t’Alla mexjin fit-triq ‘l quddiem – il-ħajja sabiħa mingħajr dawk l-affarijiet.”

Iżda mingħajr l-għajnuna kieku Ryan ma wasalx fejn kellu jasal. Sab nies li għinuh u ispirawh, fosthom Clifford Galea li wkoll għamel programm ta’ rijabilitazzjoni fl-OASI u anke t-Tabib Jan Chircop.

“Min qed ibagħti ank b’xi vizzju ieħor fittxu l-għajnuna u tiddejaqux l-għajnuna sabiħa ħafna. Sfortunatament Malta għanda dik l-istigma li trid taħbi. Ala? Ma hemmx għalfejn inxerduha imma morru fittxu l-għajnuna.”

Ħallejna lil Ryan sodisfatt u kburi li għeleb il-vizzju tad-droga. U bi tbissima fuq fommu qal li għax sab l-għajnuna issa għandu moħħu mistrieħ li se jara lill-ibnu jikber b’futur sabiħ quddiemu.
Рекомендации по теме
join shbcf.ru