IT-TOROQ TA’ BORMLA B’BIDLA FIL-JUMEJN LI ĠEJJIN

preview_player
Показать описание
ONE.COM.MT • It-toroq u l-imsieraħ f’Bormla b’dehra ġdida għall-jumejn li ġejjin: il-Cospicua Short Play Festival se jippreżenta lill-pubbliku disa’ reċti qosra li se jkunu mqassmin madwar toroq differenti.
Naraw aktar fis-servizz li jmiss.

KITBA: NIRAYL GRECH
FILMATI: BJORN BONELLO

Tħabbru d-dettalji tal-ħames edizzjoni tal-Cospicua Short Play Festival, li se jsir fit-2 u 3 ta’ Settembru fit-toroq u l-imsieraħ prinċipali ta’ Bormla. Il-pubbliku li se jattendi se jingħata mappa li tindika fejn ser isiru r-reċti.

Il-Festival huwa ffinanzjat mis-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali, mill-Awtorità għat-Turiżmu, u mill-Fondazzjoni Kottonera.

F’konferenza tal-aħbarijiet, id-direttur artistiku Joseph Galea spjega li b'kollox kien hemm wieħed u għoxrin sottomessjoniji ta’ reċti għal dan il-festival. Minn dawn intagħżlu disgħa. Waħda mir-reċti hija mmirata għal tfal ta’ bejn il-ħames u l-għaxar snin.

Is-Sindku ta' Bormla, Marco Aguis, qal li kif għamlet fl-imgħoddi Bormla se tkun qed tagħmel dan il-festival bi pjaċir. Aguis qal li hemm madwar mija u erbgħin parteċipant, apparti dawk kollha li kienu ta' għajnuna. Ħeġġeġ lil pubbliku sabiex jattendi f’dawn il-jumejn li ġejjin

MARCO AGIUS
IS-SINDKU TA’ BORMLA
‘Nixtieq li nistieden lin-nies biex jiġu jgawdu t-toroq antiki ta’ Bormla, dawk li ma waqgħux fil-Gwerra. Nistedinhom biex jiġu jgawdu magħna dawn id-disa’ attivitajiet li se ntellgħu’’

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, qalet li f’dan il-festival wieħed jista’ jara l-livell għoli ta’ reċtar f’Malta. Tkellmet dwar kif il-kunsill lokali qiegħed jinvesti fit-talenti tiegħu.

ALISON ZERAFA CIVELLI
SEGRETARJU PARLAMENTARI
‘Hekk kif nibet, twieled, u kompla kiber Il-Cospicua Short Play Festival, fejn apparti li se nkunu qegħdin niċċelebraw festa ta’ talenti lokali fejn jidħol il-qasam tat-teatru, qed nesIbixxu wkoll Irkejjen, ġonna, pjazez f’Bormla.’

Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Kottonera, Glenn Beddingfield, tkellem dwar l-għajnuna li l-Fondazzjoni tat għal dan il-festival. Qal li hemm il-ħsieb li jsiru festivals oħra wkoll.
Рекомендации по теме
Комментарии
Автор

CHICLAYO PERU 🇵🇪 🤝 LA VALETTA MALTA 🇲🇹 🇲🇹 🇲🇹 🇲🇹

willsalazarramirez
Автор

Sur spender 45.
Mhux lil kunsill trid tmaqdar, imma linjoranza tan nies li ma ghandhom edukazzjoni, u lanqas rispet la lejk u aktar u aktar lejn il Pajjiz. ir-rahal
Fejn noqod jien l-istess , nies injoranti u bla rispet lejn Hadd.
il Gvern iried jihu azzjoni fuq dawn it -tipi ta nies u wahhalhom MULTA TA €10, 000 .U tara kif jitalmu ma hamgux.

danielcamilleri
welcome to shbcf.ru