filmov
tv
JIRRITORNA L-MUSICAL ‘IL-KBIR GĦADU ĠEJ
Показать описание
ONE.COM.MT •
Minn għada f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi se jirritorna l-musical ‘Il-Kbir Għadu Ġej’. Dan l-istazzjon segwa waħda mill-aħħar provi filwaqt li tkellem ukoll ma’ diversi atturi.
Wara s-suċċess miksub fl-ewwel edizzjoni fl-2019, se jirritorna l-musical ‘Il-Kbir Għadu Ġej’, ibbażat fuq il-mużika ta’ Freddie Portelli.
Fost l-artisti rinomati li se jieħdu sehem se jkun hemm Kevin Borg, Amber Bondin, Debbie Scerri, Luke Dalli, u ħafna oħrajn.
ONE News żar waħda mill-provi għat-tħejjijiet ta’ dan il-musical u tkellem ma’ xi wħud mill-artisti.
It-tieni u l-aħħar edizzjoni ta’ dan il-musical se toffri sorpriżi għal kulħadd, anki għal dawk li diġà raw l-ewwel edizzjoni tiegħu, kif qalet Amber Bondin.
AMBER BONDIN
ATTRIĊI
“Għandna xeni li nbidlu mhux ħażin. Jiġifieri, kull min se jiġi, il-familja kollha se tara affarijiet differenti. Jekk se tarawha l-ewwel darba se tieħdu pjaċir żgur u jekk rajtuha diġà u se terġgħu tarawha se taraw affarijiet differenti u daqsxejn aktar entertaining.”
Fil-fatt, din is-sena l-musical se jinkludi wkoll atturi ġodda kif stqarret magħna Debbie Scerri.
DEBBIE SCERRI
KANTANTA U ATTRIĊI
“Fl-2019 kont bilqiegħda fil-platea, ġejt nara lil sħabi jinterpretaw din il-musical eċċezzjonali u issa din is-sena kelli x-xorti, ġejt mgħajta biex nagħmel il-parti taz-zija Pawlina.”
Fost l-atturi, se jkun hemm Manuel Cassar, li se jinterpreta karattru li se jitkellem bil-Ġermaniż fi musical li, skontu, għandu storja mżewqa.
MANUEL CASSAR
ATTUR
“In-nies, l-udjenza, se tidħaq. Hemm mumenti li se jibku wkoll, jiġifieri tilgħab daqsxejn bl-emozzjonijiet. M’għandix dubju li se jieħdu gost.”
L-attur prinċipali, il-kantant Kevin Borg, ħeġġeġ lil dawk kollha interessati sabiex jattendu għal dan l-ispettaklu li se joffri divertiment għal familja kollha.
KEVIN BORG
ATTUR
“Inħeġġiġkom tiġu għax huwa musical li diġà għamilnieh imma se jkun hemm affarijiet ġodda u huwa musical għall-familja kollha li kulħadd se jieħu pjaċir, miż-żgħar sal-kbar. Jiġifieri narakom: il-Kbir għadu ġej.”
Luke Dalli li, wkoll se jkun parti mill-kast ta’ atturi f’dan ix-xow, ta aktar dettalji.
LUKE DALLI

Комментарии