IL-UPE TERĠA’ TITFA’ DELL FUQ L-ISKOLA TA’ SANTU WISTIN

preview_player
Показать описание
ONE.COM.MT • Fi stqarrija oħra, il-Unjin tal-Edukaturi Professjonali reġgħet tat l-impressjoni kif l-iskola sekondarja immexxija mill-Patrijiet Agostinjani mhux organizzata fl-isfond tal-imxija.

Ta’ min ifakkar li s-Sibt li għadda ma’ dan l-istazzjon l-Awtoritajiet tal-Kulleġġ ta’ Santu Wistin qalu li dan huwa filmat qarrieq u esaġerat u għalliema stess ħaduha qatta’ bla ħabel kontra l-unjin.

KITBA: STEFAN BAJADA
FILMAT: ARKIVJI

Il-Unjin tal-Edukaturi Professjonali, il-UPE, għal darb’oħra fi stqarrija reġgħet għamlet referenza għal filmat tal-istudenti ħerġin mill-Iskola Sekondarja tal-Patrijiet Agostinjani, fejn qalu li dan il-filmat kien mibgħut lilhom minn sors ta’ min jafdah.

Fl-istqarrija ffirmata mill-Kap Eżekuttiv tal-Unjin Graham Sansone, intqal li l-fatt li ppubblikaw filmat ma għamluhx biex jimminaw ix-xogħol tal-edukaturi u l-Awtoritajiet tal-Kulleġġ ta’ Santu Wistin, iżda sabiex juru kif inhi s-sitwazzjoni preżenti fl-iskejjel, li skonthom hija diffiċli.

Ta’ min issemmi li l-istess edukaturi flimkien ma’ għexieren ta’ ġenituri kellhom biss kummenti ta’ rabja lejn l-UPE, hekk kif qalu li l-iskola sekondarja mmexxija mill-Patrijiet Agostinjani hija organizzata ferm u li qed timxi mal-protokolli.

Il-kliem tal-UPE jikkuntrasta wkoll ma’ dak li qalet ftit tal-jiem ilu s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, fejn spjegat kif sa issa ma kien hemm l-ebda trażmissjoni bejn studenti u ieħor fl-iskejjel.

Is-Sibt li għadda f’kuntatt ma’ dan l-istazzjon, l-Awtoritajiet tal-Kulleġġ ta’ Santu Wistin qalu li l-filmat tal-UPE iqarraq bin-nies u li hu esaġerat.

“Infatti kienu bagħtulna ritratti b’dehra realistika u ħafna aħjar mill-impressjoni esaġerata li jagħti l-filmat”, qalet l-amministrazzjoni tal-iskejjel.
Рекомендации по теме
welcome to shbcf.ru