Mużika Mużika 2024 - Kewkba f'Tarf l-Irdum - Finali

preview_player
Показать описание
Kewkba f'Tarf l-Irdum
Artista: Cherylis
Kompożitriċi: Pamela Bezzina
Awtriċi: Pamela Bezzina
Direttur tal-Orkestra: Aurelio Belli
Arranġatur: Aurelio Belli

Lirika:

Qatt ma jien se nemmen dak li inti tridni nemmen
B’moħħi lagħabt kemm ridt
Imma triqti lura sibt
Qatt ma jien se ninsa kif bi kliemek fnejtli qalbi
Ma sibt kuraġġ inqum sirt jien li jien illum!

Imxejt f’mogħdija mħarbta, mdallma, mwarrba
Ħsibt li hekk jistħoqqli jien!
Sakemm għajnejja ftaħt u sibtni
Negħreq waħdi f’dan l-imkien!

Kewkba f’tarf l-irdum
Spalla hemm lesta għalina
Ngħelbu ċ-ċpar li tappan ħolm żogħżitna
Le ma jwaqqafna ħadd
Naslu bla ma nħarsu lura,
Għax bil-ħila tagħna
F’darna - fejn m’hemmx ħlief kenn!

Qatt tiġġudikani b’li jgħidulek imma ismagħni
Bħalek għixt passat
Bħalek żbalji ħadt

Terraqt f’mogħdija mħarbta, mdallma,
B’tama li nsib dak li nixtieq (li nsib dak li nixtieq)
Sakemm għajnejja ftaħt u dlonk indunajt
Li waħdi ma bqajtx!

Kewkba f’tarf l-irdum
Spalla hemm lesta għalina
Ngħelbu ċ-ċpar li tappan ħolm żogħżitna
Le ma jwaqqafna ħadd
Għax bil-ħila tagħna
Naslu bla beżgħat (Naslu bla ma nħarsu lura, f’darna)

Ohhh………
Dak li lili kisser, illum sirt naf xi jifisser
Waħdi, le le, m’inhix u ħadd ma jwaqqafni!

Tfarfart mit-trab li ħammeġ ħwejġi
U din ħajti bnejt erġajt mill-ġdid
Illum fhimt x’verament jistħoqqli - tgħallimt, u emmint!

Kewkba f’tarf l-irdum
Spalla ghemm lesta għalina
Ngħelbu ċ-ċpar li tappan ħolm żogħżitna
(Qalbna ma naqtgħu qatt)
(Nirbħu d-dubji tagħna)
(Bħal musbieħ nifirxu d-dawl fid-dalma)
Le ma jwaqqafna ħadd
Għax bil-ħila tagħna
Naslu bla ma nħarsu lura,
F’darna - fejn m’hemmx ħlief kenn!

Festivals Malta 2024 Kull Dritt Riżervat
Рекомендации по теме
join shbcf.ru