filmov
tv
RAĠEL LI FIEQ MILL-VIRUS : “IL-CORONAVIRUS SFIDA PSIKOLOĠIKA”

Показать описание
ONE.COM.MT • Il-Coronavirus tista’ tkissrek mentalment daqs kemm tgħakksek fiżikament. Hekk stqarr ma’ One News raġel li għal dawn l-aħħar ġimgħatejn kien qed jiġġieled il-Coronavirus bejn l-erbgħa ħitan ta’ kamra fis-skiet ta’ dahru.
Issa li fieq mill-virus tenna appell importanti sabiex ħadd ieħor ma jkollu jgħaddi minn dak li għadd hu.
KITBA: COLIN DEGUARA
FILMAT: ONENEWS
“Il-Coronavirus toffri sfida psikoloġika daqs kemm taf tkun ta’ saram għall-ġisem.” Hekk stqarr magħna raġel li jixtieq jibqa’ anonimu u li għal ġimgħatejn sħaħ iġġieled mal-virus f’pajjiżna.
Huwa stqarr kif l-ewwel xokk jasal eżatt kif tirċievi t-telefonata li tkun pożittiv. Huwa spjega kif kollox beda meta żviluppaw sintomi bħal ta’ influwenza komuni. Għalhekk meta rċieva t-telefonata li kien pożittiv għalih kienet bħal sajjetta fil-bnazzi. Stqarr li meta l-ħaddiema tal-awtorità tas-saħħa bdew isaqsuħ ma’ min iltaqa’ u fejn kien moħħu mill-ewwel beda jaħseb dwar il-possibilità li intortament seta’ taha lil xi persuna qrib tiegħu jew lil familjari tagħhom. Dik waħidha hija piż kbir.
PERSUNA LI FIEQET MILL-CORONAVIRUS
“Il-kollegi tax-xogħol ta’ miegħek kollha, li dawk kellhom joqgħodu kwarantina, li dik hija xi ħaġa diffiċli wkoll li kemm il-familja tiegħi, kemm il-kollegi tiegħi u kemm il-familji tagħhom. Tibda’ tgħid allaħares qabadhom huma għax tkun il-dik li inti tajtilhom.”
Madankollu l-ikbar xokk kien meta beda jaqta’ nifsu u kellu jmur l-isptar. Stqarr li meta beda jara l-prekawzjonijiet li bdew jieħdu l-ħaddiema tas-saħħa hemmhekk l-ewwel darba li rrealizza minn xiex kien għaddej.
PERSUNA LI FIEQET MILL-CORONAVIRUS
“Xi ħaġa li vera tħossha, li ma ttihomx tort lilhom tal-isptar, u lil ħaddiema li jkun hemm, nurses u tobba, li kulħadd il-bogħod minnek, tgħaddi minn ġol-kurituri tal-isptar, bis-security quddiemek biex ineħħi n-nies. Uwekk. Hija xi ħaġa kerha. Żmien ikraħ.”
Huwa spjega kif wara numru ta’ testijiet baqa’ jiġi rikoverat mid-dar. Spjega kif għadda ġimgħatejn bejn erba’ ħitan tal-kamra tiegħu, waħda u ma jara lil ħadd. Stqarr li kienet diffiċli li tgħix tal-istess saqaf ta’ martek u wliedek u ma tarahomx għaliex taf li tista’ tkun ta’ detriment għalihom.
PERSUNA LI FIEQET MILL-CORONAVIRUS
“L-iktar affarijiet diffiċli, il-bogħod mill-familja, trid tuża shower u kamra tal-banju għalik, trid toqgħod ġo kamra waħda, ħadd ma jista’ jidħol ħdejk, jitfgħulek l-ikel wara l-bieb, trid platti għalik, cutlery għalik, u maqful ġo kamra waħda.Għandek 14-il ġurnata waħdek, iżolat minn kulħadd.”
Huwa stqarr li għalkemm bħalissa xorta waħda għadu fi kwarantina, ħa r-ruħ meta t-tieni test ġie negattiv u għalhekk jidher li fieq mill-Coronvirus. Madankollu, appella biex kulħadd jimxi mad-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa għaliex qatt ma taf minn fejn tista’ tieħu dan il-virus li ħasad id-dinja.
PERSUNA LI FIEQET MILL-CORONAVIRUS
“ Ma joħorġux, għax dan ma tafx min għandu, jiena ma nafx minn fejn ħadtu, jien li kont qed noħroġ, mid-dar għax-xogħol u mix-xogħol għad-dar, jiġifieri ma tistax tgħid minn fejn ħadtu.”