Int u Jien dal-Milied

preview_player
Показать описание
Song Recorded, Produced and Mixed by Kenny D'Ugo at Beehive Productions

Video Directed, Filmed and Edited by Zepp Gauci Short Film & Web Design Studio

Music & Lyrics written by Bernie and Pod, Wayne Farrugia

Special thanks go to :

Antonio's Barber Shop
Rene and Angelle Pizzuto
Renzo Galea

Lyrics:


Niftakar fi tfuliti
f’dawk il-ġranet tal-Milied
kulħadd kien ferħan bi ħġaru
ħalli nżejnu l-klassijiet

Mill-iskola għad-duttrina
forsi nirbħu xi bambin
wara ġirja għal għand in-nanna
biex tagħtina biskuttin

Imma llum għadda ftit żmien
it tfulija għaddiet riħ mingħajr waqfien,
il-Milied jiġi kull sena
x’valur għandu fost il-ġemgħa?
Kun int li tnissel l-għaqda f’dal-Milied

Abbatini lkoll niltaqgħu
għall-quddiesa tal-Milied
wieħed minna jgħid il-prietka,
il-bqija nisimgħu fis-skiet

Wara lura d-dar ninġabru
tazza te u xi pudina
imbagħad wara taħt is-siġra
naraw x’rigali ser jagħtina

Imma llum għadda ftit żmien
it tfulija għaddiet riħ mingħajr waqfien,
il-Milied jiġi kull sena,
għal xi wħud iqabbeż demgħa,
Kun int li tnissel l-ferħ f’dal-Milied!

Illum kbirna u ż-żmien għadda
ħadd ma jerġa’ jġib iż-żmien,
it-tfulija tal-imħabba
qisha fjura fl-isbaħ ġnien.

Iżda f’qalbna nibqgħu ngħożżu
l-memorji u d-drawwiet
żmien li jibqa’ jgħix ġo qalbna
żmien li jnessi kull inkwiet

Imma llum għadda ftit żmien
it tfulija għaddiet riħ mingħajr waqfien,
f’dan iż-żmien tal-Milied
insa l-firda u insa l-ġlied,
kun int li tnissel l-għaqda f’dal-Milied!

Flimkien....Dal-Milied
Int u jien....Dal-Milied
Flimkien...Dal-Milied
Ningħaqdu lkoll...Dal-Milied
Рекомендации по теме
Комментарии
Автор

Proset, diska bil-lirika ta veru, nawgura lil poplu Malti GHAQDA u SAHHA fit-2020

pompeyboymalta
Автор

great voice could listen to you all day

grahamedgar
Автор

Amazing song. This should top the charts at Christmas Time.

mario-sg
Автор

Jiena Sheymour u kuljum fil-break niehu gost nisma id-diski taghkhom flimkien ma shabi.

sheymour
Автор

Diska sabiha li tirifletti fuq il milied malti proset u anka ghal min joqod wahdu

waylonspiteri
Автор

Tassew diska sabiha, specjalment minhabba li hija bil-lingwa taghna Nawguralkom kul sucess

matthewtabone