filmov
tv
STMAT LI DIN IS-SENA ĠEJJIN 1.9 MILJUN TURIST

Показать описание
ONE.COM.MT • Wara d-daqqa li tat lit-turiżmu l-pandemija, ċifri inkoraġġanti jkomplu jixhdu li dan il-qasam qed jirpilja ġmielu: din is-sena huwa stmat li ġejjin f’pajjiżna miljun u disa’ mitt elf turist.
KITBA: EMAN PORTELLI
FILMAT: ALEX BORG / ARKIVJI
Tul din is-sena huwa stmat li f’pajjiżna se jiġu miljun u disa’ mitt elf turist. Din ir-rata se tkun id-doppju tar-rata tas-sena li għaddiet, meta żaru Malta kważi miljun turist.
Dan ħabbru l-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo, waqt business breakfast organizzat mit-Times of Malta. Huwa żied jgħid li, wara d-daqqa tal-pandemija, dawn in-numri huma inkoraġġanti.
Il-Ministru Bartolo tkellem dwar kif s’issa pajjiżna assigura sitta u tmenin (86) fil-mija tal-konnettività bl-ajru li kellu qabel il-pandemija.
Qal li l-Gvern għaddej b’diskussjonijiet ma’ diversi ajruporti internazzjonali madwar l-Ewropa u anki lil hinn minnha.
Il-Ministru Bartolo qal ukoll li, minkejja l-isfidi internazzjonali ta’ bħalissa, il-perjodu tal-Għid kien wieħed inkoraġġanti. F’dak il-perjodu kien hemm livell ta’ okkupanza ta’ 90 fil-mija fil-lukandi ta’ erba’ stilel, waqt li fil-lukandi ta’ ħames stilel kien hemm livelli ta’ okkupanza ta’ 85 fil-mija.
Il-Ministru fakkar li s-sena li għaddiet il-Gvern vara pjan ta’ għoxrin miljun ewro għall-irkupru turistiku. Dan wassal biex it-turisti żdiedu b’sebgħa u erbgħin fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, l-elfejn u għoxrin (2020). Dan wassal biex l-infiq mit-turisti s-sena li għaddiet irdoppja meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.