filmov
tv
IL-JUM KONTRA L-OMOFOBIJA, IT-TRANSFOBIJA U L-BIFOBIJA

Показать описание
ONE.COM.MT • Minkejja l-progress leġiżlattiv li sar f’Malta b’rabta mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni LGBTIQ+, il-ħidma ma tiqafx hawn.
Fil-jum kontra l-omofobija, it-transfobija u l-bifobija, li ġie ċċelebrat illum, saret diskussjoni dwar il-ħtieġa li pajjiżna jibqa’ jaħdem favur politika ta’ ugwaljanza.
KITBA KIMBERLEY PORTELLI
FILMATI ARKIVJI
Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji magħruf bħala IDAHOT, is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza organizza business breakfast bil-għan li jiġi diskuss il-progress li sar f’pajjiżna u l-ħidma li fadal issir.
Il-ħsieb wara din l-attività kien li tiskatta diskussjoni dwar il-ħtieġa li pajjiżna jibqa’ jaħdem favur politika ta’ ugwaljanza.
Waqt id-diskussjoni, li għaliha attendew numru ta’ rappreżentanti mis-soċjetà ċivili u minn għaqdiet nongovernattivi, spikka l-progress leġiżlattiv li sar f’Malta tant li llum pajjiżna huwa rikonoxxut bħala l-aqwa fl-Ewropa fil-protezzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni LGBTIQ.
Minkejja dan, huma fissru kif għad baqa’ ħafna xi jsir biex tassew nindirizzaw l-istigma u l-mentalità diskriminatorja li għadha teżisti f’ċerti oqsma tas-soċjetà.
Fid-diskors tagħha, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-ugwaljanza u r-riformi, Rebecca Buttigieg, spjegat numru ta’ inizjattivi li joħorġu mill-manifest elettorali Laburista u li se jiggwidaw il-ħidma tal-Gvern matul din il-leġiżlatura.
Ewlenin fosthom hemm it-twaqqif ta’ ċentru għal komunita LGBTIQ u l-implimentazzjoni ta’ Pjan Nazzjonali dwar l-Ugwaljanza u mainstreaming tal-liġijiet proposti.
Buttigieg saħqet fuq l-importanza li niċċelebraw jum bħal dan, anke fid-dawl ta’ bosta kisbiet.
REBECCA BUTIGIEG
SEGRETARJU PARLAMENTARI
“ĦAFNA NIES JISTAQSU GĦALFEJN GĦANDNA NIĊĊELEBRAW DIN IL-ĠURNATA. NIĊĊELEBRAW DIN IL-ĠURNATA GĦAX, MINKEJJA L-KISBIET KOLLHA LI GĦAMILNA, L-UGWALJANZA MHIX GĦAŻLA U HAWN IRRIDU NIBQGĦU NAĦDMU BIEX DAWN IS-SUĠĠETTI JIBQGĦU PRIJORITÀ TAGĦNA.”
Fil-konferenza ħadet sehem il-Kummissarju Ewropew Helena Dalli, li elenkat ix-xogħol li qed isir biex l-Unjoni Ewropea tkun l-aġent ewlieni tal-inklużjoni soċjali u r-rispett lejn id-drittijiet fundamentali tal-persuni LGBTIQ fl-Istati membri kollha tagħha.
Intant, il-Prim Ministru Robert Abela, fi Tweet, ikkumenta li filwaqt li qed niċċelebraw dan il-jum, irridu nħaddnu d-diversità u nieqfu flimkien kontra kull tip ta’ diskriminazzjoni.
Huwa rrimarka li, filwaqt li Malta ġiet ikklassifikata bħala l-ewwel fl-Ewropa b’rabta mad-drittijiet favur persuni LGBTIQ+, nistgħu u se nkunu qed naħdmu u nwettqu aktar.