filmov
tv
SALVINI KELLU JĊEDI WARA LI SPIĊĊA IŻOLAT

Показать описание
ONE.COM.MT • Il-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini kellu jċedi u jiżbarka mija u sebgħa u sebgħin immigrant fil-port ta’ Katanja wara li spiċċa iżolat. Il-Vici Prim Ministru Taljan kellu jċedi minkejja t-theddid tal-Italja li ma tħallasx il-kontribuzzjonijiet dovuti minnha lill-Unjoni Ewropea. Tul din is-saga, il-Ministru Taljan għamel pressjoni fuq Malta biex iddaħħal f’Malta dawn l-immigranti, bil-Gvern Malti jibqa’ jżomm sod u jinsisti li ladarba l-immigranti ġew interċettati u tgħabbew minn vapur militari Taljani, kienu legalment responsabbli tal-każ. Dan minbarra l-fatt li l-interċetazzjoni seħħet ħafna eqreb tal-Lampedusa milli ta’ Malta.