filmov
tv
RAYMOND 'FIGHT' BECK

Показать описание
Erba’ naħat imdawrin bil-ħbula. Rawnds ta’ tliet minuti. Żewġt irġiel jiġġieldu – rebbieħ wieħed. Raymond Beck lest jagħmel kollox għall-familja tiegħu, jew almenu dak li fadal minnha. Huwa jerġa’ lura għar-ring għatxan għall-flus u l-glorja. Imma x’irid verament? Irid jisfida lil Dyson "Tosa Inu" Cumbo għall-Kampjonat Malti tal-Piżijiet Medji. Filwaqt li jkun qed jitħarreġ għall-ġlieda l-kbira fil-konfini tar-ring, huwa jirrealizza li hemm battalji oħrajn lil hinn mill-erbat iħbula tar-ring. Id-daqqiet ta’ ponn jistgħu jiġu minn kullimkien, aħjar wieħed iżomm għajnejh miftuħin! Raymond irid iqum fuq saqajh qabel jgħaddi l-ħin jew jaqta’ jiesu. Miktub mill-kittieb żgħażugħ bravu André Mangion, Raymond "Fight" Beck hija ħrafa dwar il-ġlieda iebsa għal dak kollu li wieħed lest li jitlef għal dawk li jħobb – u għax-xjenza ħelwa li tinkurunah Kampjun!