filmov
tv
POSSIBILMENT ŻJARA TAL-PAPA FIX-XHUR LI ĠEJJIN

Показать описание
ONE.COM.MT • Il-Papa mistenni jżur pajjiżna fix-xhur li ġejjin, bix-xahar li qed jissemma huwa Diċembru.
Rapporti differenti tefgħu dawl fuq l-interess tal-Vatikan fiż-żjara tal-Kap tal-Knisja Kattolika f’Malta.
KITBA EDWARD MONTEBELLO
FILMAT ARKIVJI
Kien jum ikkaratterizzat minn aħbarijiet differenti mis-Santa Sede u anki minn Malta.
Possibbilment Papa Franġisku se jżur pajjiżna fix-xhur li ġejjin.
L-Erbgħa filgħodu r-RAI rrapporta li l-Papa mistenni jżur lil Malta f’Diċembru li ġej.
Aktar tard ġiet ippubblikata intervista li l-Papa ta lill-ġurnalist Spanjol Carlos Herrera, fuq radju Spanjol.
Il-Papa kien mistoqsi jekk jixtieqx imur f’Sevilla fi Spanja għall-Ġimgħa Mqaddsa.
F’din il-belt isiru purċissjonijiet famużi marbuta mal-Ġimgħa l-Kbira.
Il-Papa wera interess għal dan iżda saħaq hu stess li għalissa se jżur pajjiżi żgħar, fosthom lil Malta.
Papa Franġisku kkonferma l-interess li jżur lil Malta fix-xhur li ġejjin u semma wkoll l-Albanija, l-Islovakkja, Ċipru u l-Greċja.
Intant f’kummenti lill-ġurnalisti, il-President ta’ Malta Dr George Vella kkonferma li hemm kuntatti bejn l-Awtoritajiet Maltin, dawk Ekkleżjastiċi u s-Santa Sede dwar iż-żjara tal-Papa f’Malta.
GEORGE VELLA
PRESIDENT TA’ MALTA
“Ma nistax niċħad illi ovvjament hemm kuntatti, bħal ma tafu ż-żjara tal-Papa kellha ssir f’Mejju tas-sena l-oħra. Tħassret minħabba l-Covid. Li nafu żgur huwa li l-Papa huwa interessat ħafna li jagħmel il-viżti. Dejjem qalulna, ma ħassarnihiex imma pposponejniha.”
Dr Vella qal li Papa Franġisku aktarx sejjer Ċipru u spjega kif huwa jispera li l-Papa jiġi Malta wkoll għaliex tkun okkażjoni sabiħa.
Minkejja dan qal li sa issa ma hemm l-ebda konferma ta’ dati dwar iż-żjara tal-Papa.
Il-Papa kellu jiġi f’pajjiżna lejn l-aħħar ta’ Mejju tas-sena l-oħra iżda imbagħad iż-żjara ġiet posposta minħabba l-imxija.
Papa Franġisku jista’ jagħmel ir-raba’ żjara uffiċjali ta' Papa f'Malta wara ż-żewġ żjarat tal-Papa Ġwanni Pawlu II u l-Papa Benedittu XVI.