AJURPLAN ĠERMANIŻ TA’ ŻMIEN IL-GWERRA TAĦT IL-BAĦAR

preview_player
Показать описание
ONE.COM.MT •

Il-baħar ta’ madwar pajjiżna joffri attrazzjoni b’saħħitha lill-għaddasa.

Fost l-attrazzjonijiet taħt wiċċ l-ilma hemm ajruplan Ġermaniż ta’ żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, li jinsab mgħarraq lil hinn mill-kosta tan-Nofsinhar ta’ pajjiżna.

F’qiegħ il-baħar hemm dinja oħra, fejn l-għaddasa bħalissa, matul l-istaġun tas-sajf, jinżlu biex igawdu l-attrazzjonijiet li hemm f’qiegħ il-baħar.

Fost dawn l-attrazzjonijiet hemm ajruplan Ġermaniż li kien jintuża fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, bl-isem ta’ JU88.

Grupp ta’ għaddasa li niżlu f’qiegħ il-baħar sabiex jiskopru dan l-ajruplan Ġermaniż ixxerjaw filmat fuq Facebook, li juri l-meravilja ta’ dan l-inġenju tal-ajru qadim.

Dan l-ajruplan huwa kkunsidrat li jinsab f’kundizzjoni tajba, ħlief għal ħsarat fuq quddiem u fil-ġwienaħ.

Dan kien jitqies bħala wieħed mill-aqwa arjuplani li kien hemm fil-flotta tal-qawwa tal-ajru Ġermaniża bejn l-elf disa’ mija u disgħa u tletin u l-elf disa’ mija u ħamsa u erbgħin.

Dan l-ajruplan m’ilux ħafna li ġie skopert, għax instab waqt stħarriġ li sar tliet snin ilu. Jinsab mgħarraq fin-Nofsinhar ta’ pajjiżna, f’fond ta’ mija u sitt metri.

Attrazzjoni oħra fin-Nofsinhar ta’ Malta, eżattament fiż-Żonqor f’Wied il-Għajn, hemm l-eks patrol boat tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-P33.

Din ġiet mgħerrqa fis-sajf tas-sena l-oħra.
Рекомендации по теме
join shbcf.ru