filmov
tv
JINŻAMM ARRESTAT WARA LI SEGWA TFAJLA FUQ TAL-LINJA

Показать описание
ONE.COM.MT • Ngħaddu issa għal ġabra t’aħbarijiet mill-awli tal-Qorti fejn żewġt irġiel inżammu arrestati fuq akkużi separati.
Taljan inżamm arrestat wara li segwa tfajla ta’ ħmistax-il sena fuq tal-linja, u ġuvni allegatament seraq drogi mill-Università li kienu fil-binja tal-Kimika biex isir l-ittestjar fuqhom.
KITBA SEPHORA CUTAJAR
FILMAT ONE NEWS
Bagio Salvatore Campana, Taljan ta’ 38 sena li ilu Malta sentejn inżamm arrestat wara li segwa tfajla ta’ 15-il sena fuq tal-linja.
Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni spjegat kif il-każ seħħ is-Sibt li għadda għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ filgħaxija, meta t-Taljan segwa lit-tfajla sal-Mellieħa fuq tal-linja li dak il-ħin kienet vojta.
It-Taljan ġie akkużat b'reati sesswali fuq il-pudur u ksur ta’ kundizzjonijiet imposti mill-Qorti, fost oħrajn.
L-isem tat-tfajla ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti.
It-Taljan wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joseph Mifsud ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.
SERAQ MILL-UNIVERSITÀ MINĦABBA L-VIZZJU TAD-DROGA
Juanito Jemenez ta’ 27 sena mill-Ħamrun inżamm arrestat wara li allegatament inqabad jisraq mill-Università minn kameras tas-sigurtà.
Il-każ seħħ il-Ħamis li għadda fil-binja tal-Kimika fl-Università meta għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar, allegatament ir-raġel pprova jisraq drogi li kienu fil-binja għall-ittestjar, b’valur ta’ aktar minn elfejn u tliet mitt ewro.
L-imputat naqas milli jħares il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti fuq każ separat.
Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u talab għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Qorti ċaħdet it-talba u laqgħet is-suġġeriment li l-akkużat jingħata l-għajnuna biex jindirizza l-problema tad-droga.
Għall-imputat dehru l-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia.
IMMULTAT TLETT ELEF EWRO
Axil James Busuttil ta’ 27 sena minn Birżebbuġa ġie mmultat tlett elef ewro wara li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti fis-7 ta’ Settembru tas-sena l-oħra, meta kien ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet fosthom garanzija personali ta’ €3,500.
L-imputat weħel multa minflok sentenza ta’ ħabs, u l-Maġistrat Joseph Mifsud sostna li ngħatat din is-sentenza biex l-akkużat jingħata ċ-ċans jibda l-programm tad-droga.

Комментарии