L-AVUKAT DE MARCO TITLOB GĦALL-PROTEZZJONI

preview_player
Показать описание
ONE.COM.MT • Laqgħa tal-kumitat parlamentari għall-kontijiet pubbliċi kienet ikkaraterizzata minn trikki trakki kontinwi bejn id-deputati Nazzjonalisti u l-avukat Giannella de Marco li dehret għax-xhud li kien qed jidher quddiem dan il-kumitat.

Għal darba darbtejn hija kellha tirrimarka kif fil-kumitat mhux suppost isiru rimarki partiġġjani, b’Karol Aquilina jgħidilha li hi ma tistax tgħidlu x’jagħmel.

KITBA: COLIN DEGUARA
FILMAT: PARLAMENT / ARKIVJI

Waqt laqgħa tal-kumitat parlamentari għall-kontijiet pubbliċi spikkaw it-trikki trakki bejn id-deputati tal-Partit Nazzjonalista u l-Avukat tas-Sur Paul Apap bologna meta kien qed jiġi diskuss il-kuntratt tal-Electrogas.

Dan primarjmanet minħabba n-natura li biha bdew isiru l-mistoqsijiet lix-xhud mill-membri tal-Oppożizzjoni fosthom id-Deputati Beppe Fenech Adami u Karol Aquilina. L-Avukat Giannella de Marco spiċċat talbet lil Fenech Adami għall-protezzjoni.

Giannella de Marco: “Il-kumitat għandu jaġixxi bħal Qorti pero bħal Qorti m’għandux ikun partiġġjan u bħal Qorti jekk... Jien qed nitkellem mac-Chairman.

Karol Aquilina “Ha noġġezzjona, ħa noġġezjona.”

Giannella de Marco: “Mr Chairman, nitlob il-protezzjoni tas-sedja. Għaliex ħadtha li qed ngħid għalik Dr.Aquilina? Għaliex ħadtha għalik? Sinjal li kont int li qed tagħmel b’dan il-mod.”

Tul il-laqgħa l-battibekk bejn id-deputat Karol Aquilina u oħt id-deputat Nazzjonalista Mario Demarco kompla jisħon.

Giannella de Marco: “Pero jekk inti ser tkompli b’din l-attitudni, jiddispjaċini x’xhud jista’ jieqaf.”

Karol Aquilina: “Ma tgħidlix int x’attitudni nieħu.”

Giannella de Marco: “Iva”

Karol Aquilina: “Ukoll, tgħidli inti mhux hekk. Ma tarax. Ieqaf issuġġerixxi lix-xhud.”

Giannella de Marco: “Hawnhekk kulħadd, Dr.Aquilina hawnhekk kulħadd jirrispetta lil xulxin u jiena nirrispetta lil min jirrispettani.”

Karol Aquilina: “Ma tgħidlix x’għandi nagħmel jien.”

F’mument minnhom lil dik li kienet tkun bilqiegħda koxxa ma koxxa miegħu fid-diskorsi tal-eks kap Nazzjonalista Simon Busuttil, id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qalilha li mhux ser jiddibatti magħha.

Giannella de Marco: “Għandi punt legali x’nissotometti.”

Beppe Fenech Adami : Ma.. għidli.. mhux ser nidħol f’dibattiti miegħek.”

Giannella de Marco: “Lanqas jien imma għandi dritt nagħmel sottomissjonijiet u oġġezzjonijiet ta’ natura legali. Dan għandi dritt nagħmlu u ma naħsibx li dan il-kumitat qiegħed hawn biex jinnega d-drittijiet lil ħadd.”

Kien innutat minn membri tal-kumitat kif it-tentattiv sabiex ix-xhud ikun intimidat komplew jitqawwew tul il-laqgħa tant li Beppe Fenech Adami spiċċa implika lix-xhud fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Glenn Bedingfield: “Jiġifieri inti qed tgħid illum li hawn persuna quddiemna li huwa xhud illi qed tgħid li huwa implikat fi qtil. Ara inix qed nifhem sew sur Chairman, dan li qed tgħid inti.”

Clayton Bartolo: “Mr.Chairman jiena naħseb li f’dan l-istadju għandek tikkjarifika l-istatement li għamilt inti.”

Glenn Bedingfield: “U naħseb illi għandek tmur direttament għand il-pulizija minn hawnhekk.”

Giannella de Marco: “Hawnhekk isiru domandi u mhux statements politiċi, imma qed tippruvaw tindimidaw lix-xhud.”

Ryan Callus: “Bir-rispett kollu jiena ma kontx qed nindirizza lilek.”
Рекомендации по теме
join shbcf.ru