Nazaret - - “HAWN JIEN IL-QADDEJJA TAL-MULEJ”

preview_player
Показать описание
NAZARET - RAĦAL TAL-VERĠNI MARIJA
Ejjew nimmaġinaw dar mill-aktar fqira, sempliċi bi bżonnijiet bażiċi. Raħal ċkejken ta’ ftit importanza. Nazaret ir-raħal ta’ Marija. Tfajla magħżula biex tkun Omm Alla. Tfajla magħżula biex tkun omm il-feddej, omm l-iben t’Alla li sar bniedem.


Fejn seħħet din il-ġrajja? Seħħet fir-raħal ċkejken ta’ Nazaret. “Tista’ xi ħaġa tajba toħroġ minn Nazaret? Hekk kien qal Natanjel lil Filippu meta dan qallu li kien sab lill-Messija. U hekk ukoll kienet l-idea ta’ bosta nies. X’jista’ qatt joħroġ tajjeb minn raħal żgħir bħal Nazaret? Iżda it-toroq t’Alla huma bil-ferm differenti minn dawk tal-bnedmin. Fil-fatt kellu jkun Nazaret il-post fejn jiġi mħabbar lill-Marija il-kbir misteru tal-Inkarnazzjoni jiġifieri li Alla jsir bniedem.



Nazaret post fit-tramuntana ta’ Israel. Ħafna jaħsbu li l-isem Nazaret ġej minn kelma Lhudija li tfisser: ‘Fergħa ta’ Siġra’. “Għad toħroġ fergħa miz-zokk ta’ Ġesse, għad tinbet rimja minn għeruqu: fuqu jistrieħ l-ispirtu tal-Mulej”.



Nazaret illum hija l-akbar belt fil-Distrett Tramuntana ta' Iżrael. Nazaret huwa magħruf bħala l-kapital Għarbija ta' Iżrael." Il-popolazzjoni ta’ Nazaret hi ta’ madwar 77 elf li fil-maġġoranza tagħhom huma Musulmani. 40% tal-popolazzjoni huma nsara.



L-aktar sit importanti għall-Insara huwa l-Bażilika tal-annunzjazzjoni li tinsab fil-post fejn hu maħsub li saret it-taħbira ta’ Marija mill-anġlu Gabriel. Il-knisja li hemm illum inbniet fl-1969 minflok waħda qadima. Il-koppla għolja li tixbah tal-knisja tiddomina l-belt. Taħt il-knisja wieħed isib grotta fejn ħafna jsostnu li dan huwa l-post fejn kien hemm id-dar ta’ Marija Omm Ġesù.



Iżda l-aktar ħaġa importanti f’dan kollu hija l-ġrajja li seħħet f’Nazaret:

It-taħbira tat-twelid ta' Ġesù Kristu


[Lq:1:26] Mbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f'belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, [Lq:1:27] għand xebba, mgħarrsa ma' raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta' David. Dix-xebba kien jisimha Marija. [Lq:1:28] L-anġlu daħal għandha u qalilha: "Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek." [Lq:1:29] Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x'setgħet qatt tfisser din it-tislima. [Lq:1:30] Iżda l-anġlu qalilha: "Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla. [Lq:1:31] Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù. [Lq:1:32] Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin l-Għoli. Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta' David missieru [Lq:1:33] u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb, u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu." [Lq:1:34] Iżda Marija qalet lill-anġlu: "Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel?" [Lq:1:35] Wieġeb l-anġlu u qalilha: "L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa ta' l-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek. U għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis, u jissejjaħ Bin Alla. [Lq:1:36] Ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, fi xjuħitha, hi wkoll nisslet iben fil-ġuf, u diġà għandha sitt xhur dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal, [Lq:1:37] għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir." [Lq:1:38] Mbagħad qalet Marija: "Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skond kelmtek!" U l-anġlu telaq minn quddiemha.
Рекомендации по теме
join shbcf.ru