Mużika Mużika 2024 - Vjaġġ Sabiħ - Finali

preview_player
Показать описание
Vjaġġ Sabiħ
Artisti: Kantera
Kompożituri: Kantera u Micimago
Awtur: Joe Julian Farrugia
Direttur tal-Orkestra: Aurelio Belli
Arranġatur: Aurelio Belli

Lirika:

Ħalliha x-xita tħabbat, u jfaqqa’ r-riħ
Żomm sod u taqtax qalbek, f’ħiltek afda sħiħ
Ħu nifs ‘il ġewwa, żomm il-kolp u tiżbaljax
Tgħoddx flieles li ma jfaqqsu qatt...

Biex f’ħajtek ma jirkbukx id-dellijiet
żomm ħarstek lejn ix-xemx...

Il-ħajja vjaġġ sabiħ kuljum
jekk tħares lejn is-sabiħ tagħha
Ċans jiġina darba biss
bit-tlugħ u nżul illi ġġib magħha
Xejn fid-dinja m’hawn etern
wisq inqas l-għawġ u l-problemi
Kollox jgħaddi, anki l-mewġ
ħallih... sa ma jgħaddi

Sabiħ li tgħix... iċċedi qatt... dil-ħajja vjaġġ... vjaġġ sabiħ

Lil min iweġġgħek, aħfer, iżżommx ġo fik
Tħallix il-ħsieb ikiddek għax jaf jagħmel bik
Il-ħajja tagħna żmien qasir, tirvinahiex
M’hemmx lok li tixba’ minnha... le!
Mur tkellem qabel titlef l-interess
u ddejqek ħajtek stess...

Il-ħajja vjaġġ sabiħ kuljum
jekk tħares lejn is-sabiħ tagħha
Ċans jiġina darba biss
bit-tlugħ u nżul illi ġġib magħha
Xejn fid-dinja m’hawn etern
wisq inqas l-għawġ u l-problemi
Kollox jgħaddi, anki l-mewġ
ħallih... sa ma jgħaddi

Ħalliha x-xita tħabbat, u jfaqqa’ r-rih
Żomm sod u taqtax qalbek, f’ħiltek afda sħiħ
Ħu nifs ‘il ġewwa, żomm il-kolp u tiżbaljax
Tgħoddx flieles li ma jfaqqsu qatt...

Il-ħajja vjaġġ sabiħ kuljum
jekk tħares lejn is-sabiħ tagħha
Ċans jiġina darba biss
bit-tlugħ u nżul illi ġġib magħha
Xejn fid-dinja m’hawn etern
wisq inqas l-għawġ u l-problemi
Kollox jgħaddi, anki l-mewġ
ħallih... sa ma jgħaddi

Sa ma jgħaddi....Sabiħ li tgħix... Iċċedi qatt... Dil-ħajja vjaġġ

Festivals Malta 2024 Kull Dritt Riżervat
Рекомендации по теме
Комментарии
Автор

In my opinion, this was one hell of a song that could have made huge impact in an international tournament like the Eurovision. Such a beautiful festival showcasing our talents, and language. Well done to all involved! Prosit guys!

pawlistupawlist
Автор

Manifesting Kantera for Malta in Eurovision one day ❤️

popgerlijs
welcome to shbcf.ru